Monday, May 13, 2024

Darts: Qormi HC fl-ewwel pożizzjoni

Aqra wkoll

Qormi Hockey Club A rebħu l-konfront dirett kontra Ħamrun Education Men sabiex telgħu waħidhom fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat nazzjonali tad-darts organizzat mill-MDA. Kienet logħba ferm akkanita u eċitanti biż-żewġ timijiet li kellhom fost l-aqwa plejers tad-darts lokali u li taw spettaklu.

Minkejja kollox, il-Qriema kienu determinati li jirbħu din il-partita tant li stabilixxew vantaġġ sostanzjali li għenhom jiksbu riżultat finali ta’ 6-2.

Interessanti l-fatt li punt wieħed biss qed jifred lill-ewwel ħames timijiet fil-klassifika u dan jagħti lok għal kampjonat li mistenni jkun wieħed interessanti u akkanit.

Floriana Ajax A telgħu fit-tieni post tal-klassifika u laħqu lill-istess Education wara rebħa ta’ 6-2 kontra Sliema Inter DC filwaqt li Ħamrun Bayern A irreġistraw l-istess skor wara li għelbu 6-2 lil PO’s Bar Gudja sabiex anke huma jinsabu b’disa’ punti wara erba’ logħbiet.

Sadanittant Manchester Conquest Pub kisbu rebħa prezzjuża ta’ 6-2 kontra Floriana Ajax B sabiex baqgħu jżommu l-pass ma’ ta’ fuq.

Mill-kampjonat tat-tieni diviżjoni, il-liders huma Fgura Darts B u Qormi Hockey Club B li għelbu bi skors kbar ta’ 8-0 u 7-1 lil B’Buġa St Peters u Żurrieq FC rispettivament. F’żewġ partiti missielta, Ħamrun Bayern B u Buġibba Whyte Hart ħarġu rebbieħa bl-istess skor ta’ 5-3 kontra Munchies Buġibba u Top Gun Bar rispettivament.

Mill-kampjonat tat-tielet diviżjoni, il-liders Banda B’Buġa, Beland Bull’s Eye u St Pauls Diamonds kisbu rebħiet tajbin fuq Fgura Darts A, Mqabba Tal-Ġilju u Mqabba FC filwaqt li Qormi Hornets għelbu 7-1 lil Education Bar Ladies.

KLASSIFIKA – L-EWWEL DIVIŻJONI

Qormi Hockey Club A 10, Floriana Ajax A, Ħamrun Education, Ħamrun Bayern, Manchester Conquest 9, Sliema Inter DC 1, Floriana Ajax B, PO’s Bar 0

KLASSIFIKA – IT-TIENI DIVIŻJONI

Qormi Hockey Club, Fgura Darts B 12, Ħamrun Bayern B, Buġibba Whyte Hart 9, Munchies Buġibba 6, Top Gun Bar, Żurrieq FC, B’Buġia St Peter 0

KLASSIFIKA – IT-TIELET DIVIŻJONI

Banda B’Buġa, Beland Bull’s Eye, St Pauls 10, Qormi Hornets 8, Mqabba Tal-Ġilju 3, Cox Sports Club 2, Mqabba FC 1, Fgura Darts A, Education Ladies 0

Sport