Saturday, May 18, 2024

Darts: Qormi Hockey Club A lura għar-rebħ

Aqra wkoll

Il-leaders tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tad-darts Qormi Hockey Club A reġgħu rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Education Bar 5-3.

Kienet rebħa importanti għall-Qriema li kellhom l-għan li jiksbu t-tliet punti sabiex iżommu l-vantaġġ tagħhom fil-quċċata wara li tilfu l-aħħar konfront tagħhom kontra Manchester Conquest Pub.

Il-fażi inizjali ta’ dan il-konfront kienet ferm bilanċjata hekk kif l-ewwel tim ta’ Qormi Hockey Club dejjem kien fil-vantaġġ iżda bil-Ħamruniżi li dejjem irnexxielhom jġibu l-iskor indaqs. Minkejja kollox, l-aħħar sets kienu determinanti sabiex il-liders tal-klassifika jiksbu t-13-il rebħa staġjonali.

Sadanittant Ħamrun Bayern A baqgħu jżommu l-pass mar-rivali tagħhom hekk kif ftit sabu diffikulta’ sabiex jirbħu 7-1 lil PO’s Bar Gudja. L-istess skor kien reġistrat fil-logħba bejn Manchester Conquest Pub u MCP Floriana Ajax B b’tal-ewwel joħorġu rebbieħa.

Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Qormi Hockey Club B baqgħu jżommu l-konsistenza tagħhom hekk kif kisbu l-15-il rebħa tal-istaġun wara skor ta’ 7-1 kontra Żurrieq FC. Fgura Darts B baqgħu jsegwuhom fit-tieni post hekk kif rebħu bl-istess skor lil Birżebbuġa St Peter b’Ħamrun Bayern B li għelbu lil Munchies Bar 5-3.

Top Gun Bar ixxalaw u kisbu rebħa kbira ta’ 8-0 fuq Buġibba Whyte Hart.

Fit-tielet diviżjoni, il-liders Banda Birżebbuġa 1990 ma kinux fl-azzjoni u għalhekk it-tim fit-tieni post Beland Bull’s Eye ħa vantaġġ minn dan il-fattur sabiex kiseb rebħa ta’ 6-2 fuq Qormi Hornets.

Fgura Darts A u St Pauls Diamonds ħarġu rebbieħa bl-istess skor ta’ 5-3 fuq Mqabba FC u Mqabba tal-Ġilju rispettivament filwaqt li Cox Bar kisbu tliet punti prezzjużi wara rebħa ta’ 6-2 fuq Education Ladies.

KLASSIFIKA – L-EWWEL DIVIŻJONI

Qormi Hockey A 41, Ħamrun Bayern A 39, Floriana MCP A 36, Ħamrun Education 31, Manchester Conquest Pub 28, Sliema Inter DC 17, PO’s Bar 6, Floriana Ajax MCP B 0

KLASSIFIKA – IT-TIENI DIVIŻJONI

Qormi Hockey B 46, Fgura Darts B 39, Buġibba Whyte Hart 31, Ħamrun Bayern B 26, Munchies Buġibba 22, Top Gun Bar 19, Żurrieq FC Darts 6, Birżebbuġa St Peter 0.

KLASSIFIKA – IT-TIELET DIVIŻJONI

Banda Birżebbuġa 1990 41, Beland Bull’s Eye 34, Qormi Hornets 28, St Paul’s Diamonds 27, Fgura Darts A 22, Mqabba tal-Ġilju 19, Cox Sports Bar 11, Mqabba FC Darts 6, Education Bar Ladies 4.

Sport