Wednesday, July 24, 2024

Darts: Żejtun Laċċi u Floriana Ajax fil-finali tal-5-a-side

Aqra wkoll

Se jkunu Żejtun Laċċi Gold Lady u Floriana Ajax Premier Cars li se jikkontestaw il-finali tal-kampjonat 5-a-side organizzat mill-Malta Darts Association.

Żejtun Laċċi Gold Lady kellhom imorru għal-logħba tal-1001 sabiex jeliminaw lil Ħamrun Bayern A. Wara li ż-Żwieten rebħu 3-2 l-ewwel konfront, fit-tieni logħba kienu l-Ħamruniżi li rrepetew l-istess skor sabiex eventwalment kellu jiġi deċiż ir-rebbieħ.

Mill-banda l-oħra, Floriana Ajax Premier Cars għelbu lil Birżebbuġa Lions 3-2 sabiex komplew mal-istess riżultat li kisbu fl-ewwel leg u b’hekk ħadu l-kwalifikazzjoni.

Floriana Ajax Premier Cars , Żejtun Laċċi Gold Lady to contest 5-a-side final

Ekonomija

Sport