Friday, May 3, 2024

Darwin Nunez jagħżel lil Liverpool

Aqra wkoll

Liverpool għadhom kif għalqu t-taħdidiet ma’ Benfica għall-firma tal-attakkant internazzjonali Urugwajan, Darwin Nunez.

Dawn it-taħdidiet ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar ġimagħtejn biex proprju l-Ġimgħa waslu fi ftehim it-tliet partijiet.

Sadanittant, Manchester United għamlu minn kollox biex jippruvaw “jisirqu” dan it-trasferiment fejn offrew id-doppju tas-salarju li Liverpool huma lest li jagħtuh.

Peró Nunez għażel lil Liverpool fuq tliet fatturi … Jurgen Klopp, il-partitarji f’Anfield u l-logħob tal-UEFA Champions League.

Sport