Saturday, December 28, 2024

Das Boot għar-raba’ darba f’pajjiżna

Aqra wkoll

Il-Kummissarju Malti għall-films Johann Grech ikkonferma li għar-raba’ darba pajjiżna laqa’ lill-produzzjoni televiżiva Ġermaniża ‘Das Boot’.

Grech qal li permezz ta’ produzzjonijiet bħal dawn, qed inkomplu nuru li Malta hija d-dar għall-proġetti ta’ dan it-tip.

Grech qal li din hija opportunità oħra biex jinħolqu aktar impjiegi fl-industrija u li dan jgħin biex pajjiżna jkun jista’ jkompli jaċċerta aktar investiment u tkabbir ekonomiku f’pajjiżna. 

Fost persuni distini oħra, preżenti għal din il-preżentazzjoni kien hemm il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo.

Fl-aħħar produzzjoni li nġibdet f’pajjiżna fil-bidu tas-sena li għaddiet, il-Kummissarju Malti għall-films kien qal li fl-ewwel darbtejn il-produzzjoni ħallset mat-€3 miljun filwaqt li fl-aħħar produzzjoni, li ma kinitx waħda faċli minħabba l-pandemija, il-produzzjoni nefqet madwar €7 miljun.

Ekonomija

Sport