Davi, it-tifel li jgħix l-Amerika, iżda għandu l-familja Għawdex jikser rekord nazzjonali

Aqra wkoll

Davi, it-tifel ta’ 12-il sena u 81 jum kiser rekord nazzjonali hekk kif sar l-iżgħar adoloxxenti maskili bl-itwal xagħar, b’tul ta’ metru u 5 ċentimetri (1.05m).

Davi hu tifel li jgħix l-Istati Uniti, iżda għandu l-familja tiegħu tgħix Għawdex fosthom in-Nadur u Għajnsielem. Kull sajf, Davi jivvjaġġa lejn Għawdex biex jagħmel il-vaganzi tiegħu man-nanniet u l-kuġini tiegħu.

The Malta Records filwaqt li tifraħ lil Davi għal dan l-unur nazzjonali, tajjeb li ngħidu li s’issa għandna 3 rekords differenti fejn għandu x’jaqsam ix-xagħar. Dawn huma l-itwal xagħar ta’ tifla, l-itwal xagħar ta’ tifel u l-itwal xagħar ta’ adoloxxenti maskili.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport