Monday, November 4, 2024

David Cluett Memorial Cup: Birkirkara St Helens u Gżira United fil-finali 

Aqra wkoll

Se jkunu Birkirkara St Helens u Gżira United Veterans li se jikkontestaw il-finali tad-David Cluett Memorial Cup organizzata mill-Veterans Malta Football Association hekk kif rebħu s-semifinali rispettiva tagħhom.  

Gżira United ftit sabu diffikulta’ sabiex jeliminaw lil Żurrieq Wolves hekk kif rebħulhom 9-3.  

Jonathan Pearson, Alex Muscat u Jamie Pace skorjaw doppjetta kull wieħed b’Firas Aboulezz, Adrian Lanzon u Matthew Bartolo li għaqqdu l-iskor favur il-Maroons.  

Ir-reazzjoni ta’ Żurrieq waslet wara li Alex Muscat wettaq awtogowl b’Kevin Vella u Clarence John Clinger Thompson iżidu aktar gowls għat-tim tagħhom.  

Mhux l-istess jista’ jingħad għal Birkirkara Veterans li kellhom imorru għall-għoti tal-penalties sabiex eliminaw lil Rabat Veterans.  

Sal-ħin regolamentari l-logħba ntemmet 1-1 b’Joseph Chetcuti li poġġa lil Birkirkara minn fuq u Christian Muscat iġib l-iskor indaqs għat-tim tiegħu.  

Fl-għoti tal-penalties Paul Bugeja, Joseph Chetcuti, Kevin Borg Degiorgio u Anthony Portelli kollha skorjaw għal Birkirkara filwaqt li għall-Magpies sabu x-xibka Franco De Gabriele, Dylan Falzon u Gilbert Scerri. 

Il-finali ta’ din il-kompetizzjoni se tintlagħab nhar il-Ġimgħa li ġej fil-grawnd tad-Dorotej f’Ħaż-Żebbuġ u tibda fis-7.30pm. 

Sport