Sunday, December 22, 2024

David De Gea jilgħab l-400 partita ma’ Man Utd 

Aqra wkoll

Fil-partita tal-bieraħ li Manchester United rebħu 2-0 barra minn darhom kontra Leeds United, il-goalkeeper Spanjol David de Gea iċċelebra l-400 dehra bil-flokk tar-Red Devils. 

Bosta partitarji tal-United kantaw innijiet favur De Gea u faħħruh għal-lealta’ li kellu lejn il-klabb f’dawn l-aħħar 12-il sena kemm ilu li ngħaqad magħhom.  

Il-goalkeeper ta’ 32 sena sar ukoll l-ewwel plejer barrani li qatt daqstant partiti mal-klabb.  

Toney jiġi insultat b’mod razzjali kontra Arsenal 

Hekk kif il-leaders tal-kampjonat Ingliż Arsenal sfaw miżmuma fi draw ta’ 1-1 kontra Brentford bil-gowl li ġie skorjat minn Ivan Toney, dan tal-aħħar kien involut f’inċident xejn pjaċevoli. 

Fil-fatt, l-attakkant ta’ Brentford ġie insultat razzjalment mill-pubbliku minn Londra, xi ħaġa li xejn ma niżlet qawwi la miegħu u wisq anqas mill-klabb tiegħu.  

Fil-fatt, Brentford ħarġu stqarrija fejn qalu li din mhux l-ewwel darba li Toney irċieva dawn it-tip ta’ insulti u ħeġġu lil FA Ingliża sabiex tieħu azzjoni.  

Ekonomija

Sport