Tuesday, April 30, 2024

Goalkeeper Belġjan jitlef ħajtu wara li salva penalty 

Aqra wkoll

Il-goalkeeper Arne Espeel,  tat-tim Belġjan Winkel Sport, ħassu ma jiflaħx u eventwalment tilef ħajtu waqt logħba mill-kampjonat Belġjan kontra Westrozebeke.  

Hu rnexxielu jsalva penalty iżda ħabta u sabta f’dik l-istess azzjoni ntilef minn sensih u għalxejn kienu t-tentattivi tal-istaff mediku tat-tim biex isalvawh għax kien tard wisq. 

Id-direttur ta’ Winkel Sport, Patrick Rotsaert kien ferm ixxukjat b’dak li ġara u sellem il-memorja ta’ Espeel li kien ilu magħhom sa mill-bidu tal-karriera tiegħu. Hu kellu 25 sena.  

Sport