David de Gea żvela li jrid itemm il-karriera tiegħu ma’ Manchester United, bl-Ispanjol jinsab “verament komdu” u “verament kuntent” f’Old Trafford.
Il-player ta’ 31 sena qatta’ dawn l-aħħar 11-il sena mar-Red Devils, fejn għamel 441 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u huwa lest li jkompli bħala n-numru wieħed tal-club għall-istaġun 2022-23.
Il-ftehim attwali ta’ De Gea għandu jiskadi fis-sajf li ġej, iżda hemm l-għażla ta’ sena oħra, li Manchester United mistennija jattivaw fil-futur qrib.