L-eks plejer ta’ Fiorentina David Hancko qed jiġi segwit sew minn Juventus li min-naħa tagħhom għadhom iridu difensur biex jagħmel tajjeb għall-injuries li qed ikollhom.
Hancko hu plejer mis-Slovakkja u bħalissa jinsab reġistrat ma’ Feyenoord fl-Eredivisie Olandiża fejn s’issa deher 82 darba u skorja disa’ gowls.
Hancko hu d-difensur ideali għall-iskema tattika tal-kowċ Thiago Motta li min-naħa tiegħu jixtieq li d-diriġenti Juventini jikkuntentawh u jixtruhulu.