Tuesday, April 23, 2024

David Thake jissospendi lilu nnifsu mill-PN temporanjament sakemm jiġi investigat

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista ntqal li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech illum irċieva u aċċetta r-riżenja ta’ David Thake minn Kelliem tal-Oppożizzjoni u s-sospensjoni tiegħu mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. 

Skont l-istess stqarrija, din is-sospenzjoni se tkun qiegħda tibqa’ fis-seħħ sakemm il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jlesti investigazzjoni li talab l-istess Thake stess dwar ħlasijiet pendenti ta’ taxxa fil-kumpanija tiegħu.

Bernard Grech qal li l-Prim Ministru Robert Abela għandu jipprattika dan l-istandard immexxi minnu quddiem każijiet serji ta’ governanza fil-grupp parlamentari.

Intant f’reazzjoni għal din l-istqarrija, il-Partit Laburista qal li s-sospensjonijiet finta mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista kulħadd drahom għax wara ftit ġimgħat kollox isir qisu qatt ma kien xejn. 

Il-Partit Laburista jtenni li “Bernard Grech għadu ma ħax deċiżjoni waħda li hi waħda. Dan għax m’għandux l-awtorità li jagħmel dan.”

Sport