Gżira United uffiċjalizzaw it-tielet akkwist tagħhom hekk kif qed ikomplu jġeddu l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li jmiss tal-360 Sports Malta Premier, li mistenni jibda f’Awwissu.
Il-Maroons ħabbru l-akkwsit tal-midfielder David Xuereb, li se jkun qed jingħaqad magħhom b’kuntratt ta’ sena.
Prodott ta’ Hibernians, Xuereb kien parti mit-tim ta’ Melita matul l-istaġun 2024/2025 fejn għamel 24 dehra u skorja gowl wieħed.
Huwa kien plejer internazzjonali ta’ Malta U21s bi tmien dehriet plejers u lagħab ma’ klabbs lokali oħra inklużi Senglea Athletic, Zejtun Corinthians u Marsa.