Wednesday, July 24, 2024

Davide Ancelotti se jibqa’ ma’ Real Madrid

Aqra wkoll

L-assistent kowċ ta’ Real Madrid Davide Ancelotti irrifjuta offerti minn klabbs Sawditi u anke mill-klabb Ingliż Everton sabiex imexxihom għall-istaġun li ġej. Davide, li jiġi iben il-kowċ famuż Carlo Ancelotti, ilu jaħdem ma’ missieru bħala assistent kowċ sa mis-sena 2016.

Hu qal li jrid itemm il-kuntratt li għandu mal-Merengues sas-sena d-dieħla u eventwalment jikkunsidra offerti biex saħansitra jkun l-ewwel kowċ ta’ klabb partikolari.
Davide qal li ma jridx jgħaġġel fil-karriera tiegħu anke għax għandu biss 34 sena u futur sabiħ quddiemu .

Ekonomija

Sport