Il-coach nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena, Davide Mazzotta, sejjaħ skwadra ta’ 23 player għal-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew kontra l-Irlanda ta’ Fuq u Georgia.
Dan il-perjodu internazzjonali se jara lit-team Malti jivvjaġġa lejn l-Irlanda ta’ Fuq hekk kif il-partita se tintlagħab, nhar il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, f’Oval, f’Belfast, fid-8.45 pm.
Din il-logħba se tixxandar b’mod dirett fuq TVMi.mt.
Wara din il-logħba, il-Maltin jirritornaw f’pajjiżna kontra Georgia li se tintlagħab, nhar it-Tlieta 14 ta’ Ottubru, fis-7.00pm.
Il-biljetti għal din il-partita jinsabu għall-bejgħ u jistgħu jinxtraw jinxtraw mill-portal tal-biljetti tal-Malta FA (ara l-informazzjoni hawn taħt). Il-logħba se tixxandar b’mod dirett fuq TVMSport+.
Malta se tkun qed tfittex li tirkupra mit-telfa tal-ewwel ġurnata kontra l-Greċja, bit-team jinsab ħerqan li jirrispondi, iggwidat mill-coach Mazzotta.
L-iskwadra ta’ 23 player magħżula minn Mazzotta hija:
Goalkeepers
Luca Camilleri (Zabbar St Patrick FC), Karl Sargent (Gzira United), Hugo Sacco (Hibernians FC)
Difensuri
Bjorn Buhagiar (Gudja United), Nathan Cross (Birkirkara FC), Matteo Gambin (Fgura United), Finley Ging (Boston United – Ingilterra), Benjamin Hili (Balzan FC), Jake Micallef (Zabbar St Patrick FC), Deacon Abela (Gzira United), Sven Xerri (Hamrun Spartans FC)
Midfielders
Jake Azzopardi (Valletta FC), Lucas Caruana (Hibernians FC), Antiago De Flavia (Floriana FC), Jake Grech (Balzan FC), Daniel Letherby (Hamrun Spartans FC), Giuseppe Bonanno (Naxxar Lions FC)
Attakkanti
Nicholas Agius (Zabbar St Patrick FC), Ensell Attard (Marsaxlokk FC), Shaisen Attard (Hamrun Spartans FC), Brookyln Borg (Gzira United FC), Sean Gatt (Santa Lucia FC), Joshua Pitts (Ipswich Town – Ingilterra)
BILJETTI MALTA v GEORGIA
Il-biljetti għall-logħba ta’ kwalifikazzjoni tat-Team Nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena kontra Georgia, li se tintlagħab fis-Centenary Stadium, issa huma disponibbli mill-portal tal-biljetti tal-Malta FA.