Sunday, November 3, 2024

Dawk bla xogħol f’Malta jibqgħu fost l-inqas fl-Unjoni Ewropea

Aqra wkoll

Ir-rata tal-qgħad f’Malta għax-xahar ta’ Marzu li għadda kienet fost l-inqas fl-Ewropa. Dan kompla fuq ix-xejriet li kien hemm fix-xhur ta’ qabel fejn pajjiżna kien esperjenza rati baxxi ta’ qgħad. 

Minn statistika ppubblikata mill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, Malta kellha qgħad ta’ 3%, tnaqqis ta’ kważi punt perċentwali fuq ir-rata tal-istess xahar tas-sena l-oħra.

Ir-rata tal-qgħad f’pajjiżna f’Marzu li għadda kienet inqas min-nofs tal-medja tal-Unjoni Ewropea, li kienet 6.2% u minn dik taż-Żona tal-Ewro, li kienet 6.8%.

Sport