Monday, December 30, 2024

415-il każ ġdid u dawk fl-isptar jiżdiedu għal 75

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis feġġew 415-il każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li kien hemm 131 oħra li kienu dikjarati mfejqa mill-virus. B’hekk it-total ta’ każi attivi żdiedu għal 3,253.

It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija baqa’ 626.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 75 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus, b’żewġ persuni minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

Sal-Erbgħa filgħaxija kienu ngħataw 1,254,115-il doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 349,154 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport