Friday, December 13, 2024

Dawk fl-Isptar minħabba l-covid-19 jiżdiedu bi 22 fl-aħħar sigħat

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 9509.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 288 każ ġdid filwaqt li 699 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. 

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 124, bi tmienja minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet baqa’ 506 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma kienet reġistrata l-ebda mewt relatata mal-covid-19.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-Ħadd b’kollox ingħataw 1,170,747 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 306,964 li huma dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport