Monday, December 23, 2024

Dawk jirreġistraw jonqsu b’2,439

Aqra wkoll

Ix-xerja fit-tnaqqis ta’ dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol kompliet matul ix-xahar ta’ Lulju.

Dan kien konfermat minn statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika. Fi statistika li ħareġ irriżulta  li l-għadd ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol f’Lulju li għadda kien jammonta għal 1,542, jiġifieri 2,439 persuna inqas meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet. Dan meta f’Lulju tas-sena li għaddiet, kien hemm aktar minn 3,981 ruħ bla xogħol.

Fuq perjodu ta’ sena, il-persuni fuq l-ewwel parti tar-reġistru tal-qgħad naqsu b’2,238 waqt li 201 persuna oħra naqsu minn fuq it-tieni parti tar-reġistru tal-qgħad.

Jekk jifli l-istatisika jara li l-qgħad naqas fil-kategoriji kollha kemm għall-irġiel u kemm għan-nisa. Jirriżulta ukoll li dawk li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol anqas minn 21 ġimgħa, raw tnaqqis konsiderevoli meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra.

Ekonomija

Sport