Friday, May 3, 2024

Waterpolo KO: Sirens kellhom jitħabtu biex kisbu post fil-finali

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg

Ta’ Xbiex……. 9

Sirens……….10

(1-3, 4-1, 1-1, 3-5)

Sirens kellhom jitħabtu biex għelbu l-isfida taż-żgħażagħ ta’ Ta’ Xbiex bl-iskor ta’ 10-9, biex kisbu l-passaġġ għall-finali ta’ nhar l-Erbgħa fejn se jkunu qed jaffrontaw lil Exiles.

Sirens ħarġu ferm aggressivi u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, b’Ken Erdogan, Ganni Farrugia minn penalty u Jerome Zerafa Gregory iniż­żlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers għalihom.

Jayden Cutajar skorja l-uniku goal għal Ta’ Xbiex.

Iżda Ta’ Xbiex wettqu reazzjoni mill-aqwa u reb­ħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 4-1, bl-awturi tal-goals ikunu Jayden Cutajar (2), Raoul Greco u Jacob Saliba minn sitwazjoni ta’ player iktar wara li tkeċċa Jacob Sciberras. Madankollu, l-is­tess Sciberars minn man-up, wara li tkeċċa Elijah Schemebri, sab ix-xibka għat-team minn San Pawl il-Baħar.

Il-partita kompliet tisbieħ u fit-tielet sessjoni rrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’ 1-1, bil-goal għal Ta’ Xbiex jasal minn Mark Demarco minn man-up wara li tkeċċa Isaiah Riolo filwaqt li Matthew Sciberras sab ix-xibka għal Sirens.

Sirens irritornaw għar- rebħ fl-aħħar sessjoni meta għamlu dan bl-iskor ta’ 5-3, bl-iskorers ikunu Jacob Sciberras (3) bit-tieni goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Kieyan Borg, Ken Erdogan u Jerome Zerafa Gregory.

Minn naħa l-oħra għal Ta’ Xbiex skorjawDaniel Rizzo (2) bl-ewwel goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Jerome Zerafa Gre­gory u Mark Demarco minn man-up wara li tkeċċa Marc Grech.

Ta’ Xbiex: 1-Dale Galea Mule, 3-Zak Cutajar, 4-­Ja­mie Pace Mizzi, 5-Jayden Cassar, 6-Mark Demarco (2), 7-Jacob Saliba (1), 8-Jayden Cutajar (3), 9-Kieyan Borg, 10-Sam Azzopardi, 11-Elijah Schembri, 12-Daniel Rizzo (2), 13-André Theuma, 14-Raoul Greco (1), 15-Sam Engerer – Coach: Christian Presciutti

Sirens: 1-Gianni Galea Curmi, 2-Marc Grech, 3-Ken Erdogan (2), 4-Jacob Sciberras (3), 5-Jerome Zerafa Gregory (3), 6-Ganni Farrugia (1), 7-Matthew Sciberras (1), 8-Isaiah Riolo, 9-John Napier, 10-Gabriel Melillo, 11-Luke Caruana, 12-Matthias Azzopardi, 13-Gianni Galea Curmi, 14-Tristan Said, 15-Luke Grech Carr – Coach: Marko Orlovic

Referees: Alex DeRaffaele, Attilio Paoletti

Sport