Monday, April 29, 2024

Waterpolo: Exiles jiksbu post fil-finali tan-KO tal-Ewwel Diviżjoni

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg

Exiles ……..16

Otters ………9

(5-4, 3-2, 4-0, 4-3)

Exiles ikkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Otters bl-iskor ta’ 16-9, biex b’hekk kisbu post fil-finali tan-Knock-Out tal-Ewwel Diviżjoni. 

Minn naħa l-oħra Otters żammew il-pass mal-avversarji għal ħinijiet twal, bit-tielet sessjoni iżda tkun detrimenatli għalihom hekk kif sofrew erba’ goals mingħajr risposta. 

Għal Exiles spikka ferm il-player Mark Fenech li rreġistra poker personali waqt li għal Otters l-aqwa skorer kien Edward Meli li skorja ħames goals. 

Għal Exiles reġa’ ddefenda l-lasti il-goalkeeper żagħ­żugħ Gianluca Borg fejn ħa post il-goalkeeper titolari Matthew Castillo li kien indisponibbli għal­kemm kien fuq il-bank tas-sostituti. 

L-ewwel sessjoni pproduċiet xejn inqas minn disa’ goals b’Exiles ikunu huma li joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-4, bl-iskorers għalihom ikunu Timmy Sullivan, Mark Fenech (2) bit-tieni goal għalih jasal minn pe­nalty, Max Aquilina u Niall Saliba. 

Għal Otters wieġbu Edward Meli (3) bit-tielet goal jasal minn penalty u Luke Hyzler minn man-up wara li tkeċċa Jake Bajada

Exiles rebħu wkoll it-tieni sessjoni din id-darba bil-punteġġ ta’ 3-2, bl-iskorers ikunu Jake Bajada, Mark Fenech minn sitwazzjoni ta’ raġel iktar wara li tkeċċa Gabriel Mizzi u Niall Saliba ukoll minn man-up wara li tkeċċa Karl Scicluna. Charlie Zammit minn man-up wara li tkeċċa Jake Bajada u Zion Bartolo wieġbu għal Otters. 

Exiles ħadu r-riedni tal- logħba għal kollox f’idej­hom fit-tielet sessjoni meta skorjaw erba’ goals min­għajr risposta bil-goals jaslu minn Nicky Paris (2) u Timmy Sullivan u Mark Fenech.

Exiles rebħu l-aħħar ses­sjoni bl-iskor strett ta’ 4-3 bl-awturi tal-goals ikunu Kurt Griscti, Sean Xerri De Caro, Niall Saliba u Nicky Paris. Otters wieġbu permezz ta’ Charlie Zammit u Edward Meli (2) bl-ewwel goal tiegħu jasal minn man-up wara li tkeċċa Mark Fenech. 

Exiles: 1-Gianluca Borg, 2-Niall Saliba (3), 3-Simon Apap, 4-Philip Paris, 5-Timmy Sullivan (2), 6-Sean Xerri De Caro (1), 7-Mark Fenech (4), 8-Kurt Griscti (1), 9-Nicky Paris (3), 10-Jake Bajada (1), 11-Max Aqui­lina (1), 12-David Fe­nech – Coach: Aurelien Cousin 

Otters: 1-Matthew Xerri, 2-Claudio Spiteri De Barro, 3-Marc Lanzon, 4-Luke Hyzler (1), 5-Edward Meli (5), 6-Luke Gialanze, 7-Karl Scicluna, 8-Gabriel Mizzi, 9-David Dimech, 10-Charlie Zammit (2), 11-Zion Bartolo (1), 12-Otis Zammit, 13-Da­niel Spiteri – Coach: Paul Saliba

Referees: Stefan Licari, Luca Bianco

Sport