Saturday, December 21, 2024

“Dawk li ma jitlaqqmux messhom imorru fuq gżira għalihom” – l-attur Giancarlo Esposito

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-attur rinomat Giancarlo Esposito ddikjara li l-aħjar mod ta’ kif għandhom jiġu stmati dawk li qegħdin jopponu għall-vaċċin hu li jitpoġġew kollha fuq “gżira żgħira”.

L-attur li jibqa’ mfakkar għall-kontribut tiegħu f’Breaking Bad u The Better Call Saul fost films oħra qasam il-ħsibijiet tiegħu waqt intervista li kellu b’rabta mal-konfużjoni li kkawżaw uħud mill-istilel taċ-ċinema.

L-attur ta’ 63 sena għamilha ċara li hu ma jaqbilx ma dawk li qegħdin imorru għax-xogħol mingħajr ma huma mlaqqmin. Skontu dawk li qed jiġu jaqgħu u jqumu mill-pandemija qegħdin joffendu lill-umanità għax biex ngħixu aktar siguri jeħtieġ li kulħadd jitlaqqam.

“Jien ma nistax nifhem kif għad hawn min jagħżel li ma jitlaqqamx. Għalija li ġarrabt mill-pandemija nista’ nikkonferma kemm hu importanti l-vaċċin”, saħaq l-attur.

Ekonomija

Sport