Thursday, April 25, 2024

Dawk li mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 madwar id-dinja jaqbżu l-miljun persuna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub minn Carmen Cachia

In-numri għadhom tilgħin u ironikament, għall-bidu ta’ din il-pandemija l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) kienet qalet li m’hemmx lok ta’ allarm. Illum il-ġurnata, wara li għaddew disa’ xhur minn mindu d-dinja semgħet bil-Covid-19 l-ammont ta’ nies li mietu b’dan il-virus għadu tiela’ u fil-fatt għadna kemm, sfortunatament, qbiżna uffiċjalment il-miljun vittma minn madwar id-dinja kollha.

Dan il-virus qattiel li oriġina miċ-Ċina issa nfirex f’210 pajjiżi u nfetta mill-inqas 32 miljun persuna mal-globu. Bħalissa l-Ewropa tinsab taħt il-morsa tat-tieni mewġa u hekk kif ġara fl-istorja tal-pandemiji kollha, it-tieni mewġa tidher li hija aktar qawwija mill-ewwel waħda.

Hekk kif l-Ewropa tinsab bieb u għatba mal-istaġun kiesaħ tax-xitwa fejn anke jaħbat l-istaġun tal-influwenza, il-Covid-19 qiegħed jolqot lil diversi pajjiżi tant li hemm min reġa’ kellu jimponi r-restrizzjonijiet bil-għan li jevitaw katastrofi fuq is-sistemi tas-saħħa tagħhom.

L-Indja min-naħa l-oħra qiegħda taqla’ daqqa ta’ ħarta kbira hekk kif in-numru tal-każijiet ta’ kuljum qegħdin jitilgħu b’mod allarmanti tant li l-esperti jemmnu li se tkun l-aktar pajjiż li se jbati minħabba l-pandemija tal-Coronavirus.

L-Istati Uniti, l-Indja u l-Brażil irreġistraw bejniethom total ta’ 15-il miljun każ ta’ Covid-19 u dawn il-figuri ħarġu jum biss qabel mad-WHO wissiet li l-imwiet totali minn dan il-virus jista’ jkun ta’ żewġ miljun persuna sakemm fl-aħħar ikollna tilqima effettiva kontrih u titqassam lil kulħadd.

Sport