Il-kowċ tat-tim nazzjonali Spanjol Luis de la Fuente ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ La Roja għal sentejn oħra u dan ifisser li se jibqa’ jmexxi lil pajjiżu sas-sena 2028.
Oriġinarjament De La Fuente kien se jiskadilu l-kuntratt fi tmiem it-tazza tad-dinja 2026 iżda l-federazzjoni Spanjola rat li hu għamel xogħol tajjeb ħafna meta wassal lit-tim għar-rebħ tal-kampjonat Ewropew 2024. Hu għandu 63 sena u hu meqjus li għandu kariżma kbira fost il-plejers tat-tim nazzjonali.