Haley Bugeja saret l-ewwel player li skorjat goal fl-edizzjoni 2026/27 tal-UEFA Women’s Champions League, hekk kif sabet ix-xibka fl-ewwel ħames minuti tal-kampanja Ewropea ta’ Inter nhar it-Tlieta filgħaxija.
Il-player internazzjonali Maltija fetħet l-iskor kontra t-tim Żvediż BK Häcken fl-istadium Stadio Brianteo ta’ Monza – il-home ground tat-tim tal-irġiel – hekk kif Inter qed jagħmlu d-debutt tagħhom f’din il-kompetizzjoni.
Bugeja, li saret it-tieni player Maltija li pparteċipat fil-Women’s Champions League wara Rachel Cuschieri, sabet ix-xibka b’xutt fil-baxx mill-isbaħ biex tat vantaġġ bikri lin-Nerazzurre.
Inter għandhom programm impenjattiv fil-fażi tal-kampjonat (league phase), b’timijiet bħal Arsenal, Lyon, Real Madrid u Manchester City fost l-avversarji li jmisshom.




