Wednesday, July 24, 2024

Debutt emozzjonanti għal Team MITTC

Aqra wkoll

Il-plejer tat-table tennis Amir Abbasi kellu wirja mill-aqwa ma’ team MITTC f’Zoetermeer fl-Olanda fejn rebaħ il-logħob kollu tiegħu kontra t-tim ospitu Taverzo de Boer fl-ewwel ġurnata tat-tazza Ewropea fi Grupp A. 

Fost l-ohrajn spikkat il-logħba bejn Abbasi u Yevhen Pryshchepa b’tal-ewwel li rebaħ 3-1.  

Min-naħa l-oħra, Daniel Bajada ma rnexxielux jegħleb lill-plejer Olandiż fl-aħħar logħba deċiżiva għalkemm kien debutt emozzjonanti mmens għal dan it-tim Malti li rnexxielhom jibqgħu fil-logħba sal-ħames u l-aħħar logħba.  

Minkejja wirja mill-aqwa, il-Maltin tilfu 3-2 kontra dan it-tim Olandiż. 

Sadanittant, fit-tieni logħba li ntlagħbet dalgħodu, Monte Porreiro ta’ Spanja għelbu lill-Maltin 3-0 f’konfront li huma ddominaw.

Ekonomija

Sport