Jurgen Aquilina tella’ fuq il-midja soċjal dehra mill-isbaħ tal-gżira ta’ Filfla permezz ta’ filmat li ttieħed mill-ajru fl-aħħar jiem.
Filfla hija żona protetta bi storja importanti ħafna. Ftit huma dawk li kellhom ix-xorti li jitilgħu fuqha qabel din ġiet protetta u għalhekk ħadd ma jista jitla’ fuqha.
Tinsab madwar 5 kilometri ‘l bogħod minn Malta u għandha medda ta’ 15-il tomna t’art. Kien fis-snin 80 meta din ġiet iddikjarata bħala riżerva naturali u għalhekk jistgħu jmorru fuqha biss jekk persuna ġġib permess speċjali f’każ li tkun trid tagħmel xi riċerka.
Sas-sena 1971 Filfla kienet tintuża mis-suldati biex jagħmlu parti mit-taħriġ tagħhom.
Jingħad li fil-passat kienet tiġi ċċelebbrata quddiesa kuljum fuq din il-gżira f’kapella li kienet inbniet fu qgrotta fl-1343. L-istess kappella kienet iġarfet wara li seħħ terremot fl-1856.
Is-sajjieda dak iż-żmien li kienu jkunu qegħdin jistadu qrib din il-gżira kienu jitilgħu fuq Filfla biex jisimgħu l-quddiesa biex imbgħad wara jkomplu biex xogħol tagħhom.
Ħdejn Filfla hemm blata kbira li ħafna jsejħula “Filfla ż-żgħira” filwaqt li jingħad li ‘l barra hemm gżira oħra li tinsab taħt il-livell tal-baħar u dik kienet tisejjaħ Filfla l-imgħarqa”.