Sunday, December 22, 2024

Dehra unika tat-Titanic … ippubblikati l-ewwel scans diġitali tal-vapur sħiħ

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-aktar vapur famuż fid-dinja, dak tat-Titanic, ġie żvelat kif qatt ma deher qabel. Dan hekk kif inħoloq l-ewwel tip ta’ scan diġitali tad-daqs sħiħ tat-Titanic li jinsab 3,800 metru ‘l isfel fl-Atlantiku. Dan inħoloq bl-użu tal-mapep tal-baħar fond.

L-istess scan jipprovdi dehra unika forma ta’ 3D tal-vapur kollu, li jippermettilu jidher bħallikieku ma hemmx ilma fih. It-tama hi li dan jitfa’ dawl ġdid dwar dak li ġara mit-Titanic, li għereq fl-1912. Dakinhar aktar minn 1,500 persuna tilfu ħajjithom meta l-vapur laqat dik li tissejjaħ iceberg fil-vjaġġ tiegħu minn Southampton għal New York.

Analista tat-Titanic, Parks Stephenson, mal-midja internazzjonali qal li għad hemm diversi mistoqsijiet, bi wħud minnhom bażiċi li għadhom iridu jiġu mwieġba dwar il-vapur. Huwa qal li l-mudell kien “wieħed mill-ewwel passi ewlenin biex l-istorja tat-Titanic timxi lejn riċerka bbażata fuq l-evidenza u mhux fuq spekulazzjoni’’.

Gerhard Seiffert, il-persuna li mexxa l-ippjanar sabiex issir din it-tip ta’ scan, qal li dan kien l-akbar proġett ta’ scanning li qatt wettaq taħt l-ilma. F’kumment li ta, Seiffert qal li l-iscan kien jirrikjedi fond ta’ kważi 4,000 metru. Rigward l-iscan, huwa qal li dan juri kemm l-iskala tal-vapur, kif ukoll dettalji minuri, bħan-numri li kien hemm fuq wieħed mill-iskrejjen tal-vapur.

Espert ieħor li ilu jistudja t-Titanic, qal kif issorprenda ruħu meta ra li nħolqu l-ewwel tip ta’ scans diġitali. Rigward dan, l-espert Parks Stephenson qal li dan it-tip ta’ scan jippremetti li wieħed ikun jista’ jara l-fdalijiet, kemm f’kuntest u kif ukoll minn perspettiva.

Bosta huma dawk l-esperti minn mad-dinja kollha li jemmnu li l-baħar qed iħalli effett fuq it-tifrik, minħabba li hemm diversi mikrobi jeiklu u partijiet li qed jiddiżingrettaw. L-istoriċi jafu sew li ż-żmien biex qed jagħlaq biex jifhmu bis-sħiħ id-diżastru marittimu tat-Titanic.

Minkejja dan kollu, dan it-tip ta’ scan se jkun qiegħed jiiffirża t-tifrik fil-ħin u se jkun qiegħed jippermetti lill-esperti sabiex jeżaminaw kul dettall meħtieġ. It-tama hi li t-Titanic għadu jista’ jċerdi s-sigrieti tiegħu.

Ekonomija

Sport