Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
Bdejt nilgħab il-futbol ta’ ħames snin meta kont nara lil ħuti jilagħbu l-futbol fiuq il-bejt tad-dar.
Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek ma’ Genoa Calcio fl-Italja sa issa.
Ilni sitt xhur nilgħab magħhom u huwa klabb li vera ħadu ħsiebi u li nħossni kuntenta ħafna magħhom u jaħdmu b’mod professjonali ħafna.
U dik mat-tim nazzjonali Malti tan-nisa.
Man-nazzjonal dejjem huwa unur li nilgħab u bħalissa huwa żmien sabiħ għall-futbol tan-nisa għax it-tim qed jikber.
X’tikkummenta fuq il-kowċ, Manuela Tesse?
Minn meta ħadet it-tmun tat-tim nazzjonali, Manuela Tesse, it-tim qed jilgħab futbol aħjar u hi tridna dejjem nemmnu li aħna kapaċi daqs l-oħrajn. L-aħjar riżultati ma’ Manuela Tesse ġibnihom.
Kif tqis il-livell tal-futbol tan-nisa fl-Italja meta kkumparat ma’ dak f’Malta?
Il-livell fl-Italja huwa ogħla ħafna minn dak f’Malta għaliex qed jiġu ħafna plejers barranin biex jilagħbu fl-Italja u l-livell ogħla. F’Malta, il-livell ogħla wkoll, peró mhux ħafna.
U dak tal-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tagħkom?
Jideppendi fejn nilagħbu peró kważi l-grawnds kollha li nilagħbu fihom huma sintetiċi.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Ma tantx fadalli nilgħab għax din is-sena nagħlaq 33 sena, u għalhekk qed neħodha ġurnata b’ġurnata sakemm inkun niflaħ inkompli nilgħab.
Għaddi messaġġ finali speċjalment lill bniet u tfajliet li jixtiequ jagħmlu karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Dejjem iġru wara l-ħolm tagħkom peró dejjem tridu taħdmu għalihom … xejn ma jiġi jekk ma taħdimx għalih, u kollox huwa possibli fil-ħajja, jekk temmen!