Saturday, November 14, 2026
Home Sport Dele Alli jdaħħal £8.3 miljuni mill-immaġini tiegħu

Dele Alli jdaħħal £8.3 miljuni mill-immaġini tiegħu

0
44

L-eks player ta’ Tottenham u tat-team nazzjonali Ingliż, Dele Alli, mistenni jdaħħal madwar £7.6 miljun wara li ddeċieda jagħlaq il-kumpanija tiegħu li kienet tamministra d-drittijiet kummerċjali tal-immaġni tiegħu. Il-kumpanija, Dele Alli Promotions, għandha assi li jiswew £8.3 miljun, iżda trid tħallas madwar £685,362 f’taxxa korporattiva.

Alli bena parti kbira mill-fortuna tiegħu matul l-aqwa snin tiegħu ma’ Tottenham u mat-team nazzjonali Ingliż, bejn l-2016 u l-2019. 

Il-popolarità tiegħu wasslet għal diversi ftehimiet kummerċjali, fosthom kuntratt ta’ £8 miljun ma’ Adidas, kollaborazzjoni ma’ boohooMAN u kampanja ta’ fwieħa ma’ Paco Rabanne. 

Barra minn hekk, għandu investimenti fis-settur tal-proprjetà.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here