Wednesday, December 25, 2024

Delegazzjoni tal-MFA tattendi għat-48 Kungress tal-UEFA

Aqra wkoll

Delegazzjoni mmexxija mill-President, Bjorn Vassallo rrappreżentat lill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol fil-Kungress annwali tal-UEFA li għal din is-sena sar fil-kapitali Franċiża, Pariġi. Jakkumpanjaw lill-President Vassallo fi Franza kien hemm is-Segretarju Ġenerali, Dr Angelo Chetcuti u l-Viċi President, Dr Matthew Paris.

Fuq l-aġenda tal-laqgħa mmexxija mill-President tal-UEFA, Aleksander Ceferin, kien hemm bosta punti, fosthom ir-rendikont finanzjarju, numru ta’ emendi għall-istatut u l-preżentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida tal-UEFA msejħa, ‘United for Success’.

Id-delegati mill-55 assoċjazzjoni nazzjonali preżenti, approvaw is-suġġetti kollha ppreżentati lilhom mill-amministrazzjoni u segwew ukoll numru ta’ preżentazzjonijiet oħra viżivi fosthom dwar il-ħidma tal-kumitati interni tal-UEFA.  Ingħataw ukoll dettalji dwar l-aħħar preparamenti għall-EURO 2024 li se ssir fil-Ġermanja s-sajf li ġej u informazzjoni dwar il-formati l-ġodda li se jkun addottati għall-kompetizzjonijiet tal-UEFA għall-klabbs mill-istaġun il-ġdid.

Il-Kungress li jmiss mistenni jsir fis-Serbja f’April 2025.

Ekonomija

Sport