Wednesday, April 24, 2024

Delia jiċħad li ftit tal-ġimgħat ilu qal li se jerbaħ l-elezzjoni li jmiss … Jekk jitlef se jirriżenja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt intervista mal-ġurnalista ta’ onenews, il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kkonferma li Yorgen Fenech qatt ma xtara ċedoli fil-Partit. Huwa għamel dan wara li l-ġunralista staqsietu għal aktar minn darba hu talab li ssir riċerka.

Il-ġurnalista Buttigieg talbitu jippubblika l-lista ta’ persuni li xtraw iċ-ċedoli tal-Partit Nazzjonalista. Delia qal li jkun illegali li jiżvela l-ismijiet tal-persuni li taw dawn id-donazzjonijiet li ġejjin minn persuni li jemmnu fil-partit.

Delia ntrabat bil-kelma u qal li hu qatt f’ħajtu la nxtara, la ħa flus mingħand xi ħadd u kellu okkażjonijiet fejn ta’ pariri fuq ammont konsiderevoli ta’ flus u li min jafu ħa anke passi biex jirraporta fejn kellu l-iċken nitfa ta’ dubju.

Meta mistoqsi kemm il-partit Nazzjonalista kapaċi jroħħos il-kontijiet tad-dawl u l-ilma Delia qal li hemm €96 miljun li jistgħu jinqasmu fuq kull familja u mhux biss fuq is-sidien tan-negozji. Spjega li skont kalkolu tal-PN jekk dawn il-flus jinqasmu għandek jew sitt xhur b’xejn jew sena sħiħa b’roħs ta’ 50%. Qal li dawn ma jingħatawx mit-taxxi, iżda mir-roħs tal-prezz internazzjonali tal-gassijiet, żjut u fjuwils.

Rigward ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja Delia qal li kien pożittiv fuq dan ir-rapport għax il-gvern implimenta proposti tiegħu.

Rigward il-grilling tal-Kummissarju tal-Pulizija, Delia qal li hemm Kummissjoni Indipendenti li hija “outnumbered” għax tlieta mill-ħamsa li jiffurmawh intagħżlu mill-gvern.

Rigward Gafa qal li għandu sfidi kbar quddiemu u se jkun il-poplu li jiġġudikah skont il-mod ta’ kif jaġixxi.

Mistoqsi jekk jiftakarx meta ltaqa’ ma’ Yorgen Fenech, Delia qal li mhux se jiftakar għax kienet ikla f’perjodu li f’xahar kien qiegħed jiltaqa’ ma’ madwar 500 persuna. Qal li ma kienx hemm xi importanza f’din il-laqgħa għax kienet waħda minn sensiela li kienet tagħmel parti minn xogħlu.

Rigward il-pjan ta’ riġenerazzjoni Delia qal li hu qal li f’dan il-pjan mhuwiex jagħti biżżejjed u li minkejja fih għajnuna, hemm persuni li għadhom mhumiex jingħataw l-għajnuna li għandhom bżonn.

Buttigieg staqsietu rigward dak li Delia qal ftit tal-ġimgħat ilu fejn qal li se jerbaħ l-elezzjoni li jmiss. Għal din id-domanda l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li ċaħad li hu qal li se jerbaħ l-elezzjoni li ġejja u jsir Prim Ministru. Huwa qal li hu qal li mhux bilfors se jkun qed jitlef l-elezzjoni li jmiss u dan meta mistoqs b’kemm se jitlef l-elezzjoni li ġejja.

Mistoqsi jekk jirriżenjax jekk jitef l-elezzjoni li jmiss, Delia qal li hu kien qal li jekk ir-riżultat ikun agħar minn dak tal-elezzjoni preċedenti kien se jagħmel dan. Dan ukoll għax l-istatut tal-PN jobbliga li kull mexxej jekk jitlef għandu jressaq ir-riżenja tiegħu. Minkejja dawn il-possibbilitajiet Delia qal li l-PN mhux jiffoka fuq hekk iżda kif jista’ jiġġedded biex iservu u ma jintrigbux mill-arrogganza.

Sport