Monday, September 23, 2024

Delia: “Jien ma naħsibx li se nitilfu l-elezzjoni ġenerali li jmiss”

Aqra wkoll

“Jien ma naħsibx li se nitilfu l-elezzjoni ġenerali li jmiss.” Hekk saħaq il-Kap Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni Adrian Delia waqt intervista aktar kmieni llum.

Mistoqsi jekk jagħtix garanzija li jwarrab jekk il-Partit Nazzjonalista mhux biss jitlef l-elezzjoni li jmiss iżda ma jnaqqasx id-distakk mill-Partit Laburista, Delia tenna li “jien miniex hawn biex nagħti garanziji x’se nagħmel fil-futur.”

Madankollu fl-istess waqt wera l-fiduċja tiegħu li fl-elezzjoni ġenerali li jmiss id-distakk se jkun qed jonqos. Saħansitra Delia tenna li ma jaħsibx li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jitlef l-elezzjoni li jmiss.

Delia tenna li l-pajjiż se jkun qed jgħaddi minn perjodu diffiċli fejn in-nies se tkun mitluba tiżen il-futur tal-ġenerazzjonijiet futuri.

Huwa żied jgħid li jinsab konvint li l-PN bil-preparamenti li qed jagħmel se jkun qed jgħaqqad “mużajk b’saħħtu” u għaldaqstant se jkun preparat li joffri alternattiva għall-Gvern attwali.

Indika li s-saħħa, l-infrastruttura ta’ pajjiżna, u l-ambjent huma tliet oqsma li se jkunu determinanti.

Sport