Wednesday, April 24, 2024

Delia jikteb lill-PM jissuġġerixxi li l-frontliners jingħataw tlett ijiem leave extra bi ħlas

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista beda biex jagħlaq l-aħħar sezzjoni tal-Kunsill ġenerali Riforma u Tiġdid billi sellem lil Toni Bezzina li jinsab rikoverat l-Isptar. 

Qal li l-Partit Nazzjonalista qed jgħix mumenti storiċi. Delia qal li dan l-eżerċizzju mhux qed jagħmluh għalihom iżda biex jiġġedded f’messaġġ politiku. Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwar l-importanza li nifhmu dan il-proċess.

Delia qal li jeħtieġ li nemmnu li l-PN se jkun partit rebbieħ, iżda qal li l-PN mhux jiffoka fuq ir-rebħ tal-partit iżda li f’għaqda waħda bejn il-partiti tiġi salvata r-reputazzjoni ta’ pajjiżna.

Delia qal li ma jaħsibx li l-Partit Nazzjonalista għandu xi monopolju. Żied jgħid li ma jaħsibx li l-PN għandu xi dritt divin li jiggverna u li dan ikun tajjeb fuq kollox. Qal li m’hemmx għalfejn tkun fil-PN biex tagħmel il-ġid u li hemm persuni fil-PL li qed jaħdmu kontinwament biex jinħoloq il-ġid.

Tkellem ukoll dwar dawk li jgħajru l-PN minn barra li jgħinu biex dan jissaħħaħ iżda appella lil dawn biex jidħlu fuq ġewwa tal-PN u jgħinu biex ibbidluh għall-aħjar. Delia tkellem dwar dan il-proċess tar-riforma tal-partit fejn l-oppożizzjoni trid tinżel biex tisma’ lil kull individwu u taċċetta li turi li l-għerf tal-ħafna jwassal għal dak li s-soċjetà qiegħda tipprova twassal.

Fi tmiem il-Kunsill Ġenerali, Dr Delia qal li issa li l-PN huwa mġedded u bi statut ġdid irridu nidħlu fi proċess ta’ djalogu man-nies fejn ninżlu fit-toroq, fil-pjazez u mmorru fil-postijiet tax-xogħol biex nisimgħuhom u nifhmu dak li s-soċjeta’ tagħna qed tgħidilna. Għandna l-obbligu li l-PN ikun fuq quddiem nett sabiex nagħtu s-sinjal ċar li dak li biddilna jasal verament għand il-poplu kollu għall-ġid ta’ pajjiżna. Adrian Delia qal li żgur quddiem nett f’pajjiżna matul dawn l-aħħar ġimgħat fi żmien tal-imxija tal-virus kien hemm il-frontliners kollha tagħna, u rringrazzjahom kollha u lill-familji tagħhom talli b’ħidmithom żammewna lkoll siguri. Huwa ħabbar li dalgħodu stess kiteb lill-Prim Ministru biex din il-ħidma tiġi rikonoxxuta u ssuġġerixxa li l-frontliners jingħataw tlett ijiem extra ta’ leave bi ħlas, għaliex huma l-veru eroj ta’ pajjiżna.

Sport