Thursday, December 26, 2024

Delia jrid li d-due diligence report fuq il-kandidati jsir pubbliku “permezz tal-mezzi proprja”

Aqra wkoll

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia se jkun qed jippreżenta mozzjoni fil-kunsill amministrattiv tal-PN, liema mozzjoni titlob lill-Kummissjoni tal-Kandidati tal-partit biex tippubblika r-rapport tad-due diligence li sar fuqu u Bernard Grech bħala l-kontestanti għat-tmexxija tal-PN.

Il-Kumitat tad-due diligince fi ħdan il-Partit Nazzjonalista kiteb lil Delia u lil Grech biex jinstab mod kif ir-rapport fuq iż-żewġ kandidati jista’ jiġi ppubblikat. Grech diġà ta l-kunsens tiegħu biex ir-rapport jiġi ppubblikat.

F’ittra lill-kummisssjoni Delia qal li l-istatut tal-PN jobbliga lill-kummissjoni biex tibgħat ir-rapport lill-kunsill amministrattiv u l-kummissjoni elettorali tal-PN biss u ma tistax tqassam ir-rapport lil terzi jew tagħmlu pubbliku.

Madankollu minkejja dan Delia qal li jrid li r-rapport jsir pubbliku, iżda tramite l-mezzi xierqa.

Ekonomija

Sport