Saturday, December 28, 2024

Demolition Derby b’risq Puttinu Cares

Aqra wkoll

Nhar is-Sibt li gej 30 ta’ Lulju l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se torganizza l-attivtá speċjali li ssir kull sena li normalment issir fi żmien il-Milied iżda minħabba protesta li kienet saret mis-sewwieqa qabel il-Milied li għadda kellha tiġi posposta. 

Bħas-snin preċedenti l-attivitáa tiġi mtella’ biex jinġabru fondi li din id-darba se jmmoru għal Puttinu Cares. F’din is-27 edizzjoni ta’ din l-attivitá ser tkun iddedikata biss għad-Demolition Derby. Din ser tibda fis-7:30 pm bil-bibien tal-kumpless jinfetħu fil-5:30pm.

Il-pubbliku għandu jaħseb kmieni minħabba l-parking.

Għalkemm il-kompetituri tad-Demolition qed isibuha diffiċli ħafna li jixtru karozzi qodma għal dan l-avveniment li jittella’ darba fis-sena”, 36 kompetitur irreġistraw għal din il-kompetizzjoni. F’din l-edizzjoni irrnexielhom jgħaddu mill-iskrutinju 35 karozza.

Din id-darba hemm seba’ kompetituri ġodda li se jieħdu sehem flimkien ma’ 29 oħra li s-soltu jipparteċipaw.

Il-ħbit bil-karozzi huwa l-irwol ta’ din il-logħba fejn is-sewwieqa għandhom regoli ta’ ‘sigurtà speċjali’ li jridu jiġu osservati sabiex titħares is-saħħa tas-sewwieqa kollha. Ir-regoli preventivi ta’ din il-logħba jridu jiġu osservati mis-sewwieqa kollha matul u sal-aħħar tad-Demolition Derby, filwaqt li l-Assoċjazzjoni tieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex dan iseħħ. Dan kollu jaħmel din l-attivitá suċċess fejn l-aħħar karozza li tkun għadha timxi biex tagħti l-aħħar daqqa, tiġi dikjarata rebbieħa.

Iktar informazzjoni wieħed jista’ jsibha wkoll fis-sit elettroniku tal-Assocjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġni tal-Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email:- [email protected]

Ekonomija

Sport