Saturday, December 21, 2024

“Deni qawwi, spiċċajt bla saħħa lanqas niflaħ nimxi”

Aqra wkoll

Appell liż-żagħżagħ minn żagħżugħa Maltija ta’ 22 sena li tgħix fl-Istati Uniti li mardet bil-COVID-19

Minn Victor Vella

Hi komuni fost iż-żgħażagħ li tismagħhom jgħidu li l-COVID perikoluża għall-anzjani. Għal dawk vulnerabbli jew li għandhom mard kroniku.  Titkellem ma’ għadd ta’ żgħażagħ jgħidulek li ‘anzjani qed imutu l-aktar’.  Omm Maltija li tgħix fl-Istati Uniti, appellat magħna, dwar dan għax l-istess xejra qiegħda fost iż-żgħażagħ fl-Istati Uniti. “Qed jaħsbu li dawn huma invinċibbli. Iż-żgħażagħ qed jaħsbu li huma jkollhom sintomi ħfief. Dan mhu veru xejn. L-esperjenza hawn turina li l-COVID hi perikoluża għal kulħadd inkluż għaż-żgħażagħ. Għadha kif ħarġet esperjenza hawn ta’ żagħżugħa. Kitbet hi stess minn xhiex għaddiet.  Ilha tlettax-il ġurnata marida u għadha b’sintomi qawwijin. Spiċċat b’deni qawwi.  Għamlet jiem bla saħħa. Lanqas tiflaħ timxi. Remettar. Sogħla. Bla nifs.  Il-mewt ħassitha qrib. Fi kliem stess l-agħar ta’ dan il-virus, hu li jħallik bla dinjità. Tispiċċa waħdek.

L-omm Maltija fl-Istati Uniti qalet lil L-ORIZZONT, li “hawn żoni fl-Istati Uniti fejn il-marda infirxet ħafna. Qegħdin noħorġu mill-inqas. Fost persuni anzjani u anke dawk akbar fl-età hemm biża kbir u ħafna qed joqogħdu ġewwa. Qed jiġri imma li hemm żgħażagħ qed jeħduha inqas bis-serjetà. Dan għax hemm min qed jeħodha li din hi perikoluża għal dawk morda jew anzjani ħafna.  Ħbieb tiegħi f’Malta qed jgħiduli li anki f’Malta hemm żgħażagħ li qed jeħduha hekk. Wasslu dan il-messaġġ li qed taħmel din iż-żagħżugħ fl-Istati Uniti, li għadha ma fiqitx. Messaġġ li juri, it-tbatija li għaddiet u li għadha għaddejja minnu”.

Fl-ewwel jiem is-sintomi kienu ħfif … imbagħad qalbet għall-agħar

L-esperjenza ta’ din iż-żagħżugħ,  Amy Shircel, tgħid li “l-ewwel ftit jiem mindu bdejt inħoss is-sintomi, dawn kienu ħfief ħafna. Kelli sogħla, kont inħoss il-bard.  Peress li kont ġejja mill-Ewropa u hemmhekk il-każi ta’ Covid19 kienu qed jiżdiedu, jien għamilt i-test.

Mat-tielet ġurnata, is-sitwazzjoni marret għall-agħar.  Bdejt nirremetti. Ma stajtx norqod. Ma stajtx lanqas niekol. Sadanittant it-test tar-riżultat kien għadu ma wasalx.

Fir-raba’ ġurnata ġejt infurmata li kont pożittiva għall-virus. F’dan il-jum beda jkolli qtugħ ta’ nifs. Bdejt naħseb li se nmut, għax hekk bdejt inħoss.

Fis-sitt jum is-sintomi wassluni biex inkun litteralment bla saħħa. Lanqas kelli saħħa nimxi sal-kamra tal-banju. Spiccat dehydrated u kelli nsejjaħ għall-għajnuna.  Ħaduni l-isptar għamilt ġurnata u tawni xi mediċini.

Bejn it-tmien u l-ħdax-il jum, jien kont għadni bla saħħa. Qatt ma esperjenzajt hekk.  Fis-sodda u nħoss bard kbir, il-ħin kollu nirtgħod.  Jekk norqod kont nispiċċa inqum għarqana xraba. Għal disat ijiem ma stajtx niekol. Spiċċajt f’qagħda miserabbli. Fit-12-il ġurnata l-aptit ġie lura, biss l-uġiegħ u s-sintomi l-oħra għadhom hemm.”

Hi tappella biex iż-żgħażagħ jagħtu kas din l-esperjenza u ma jiħduhiex bħala li qisu virus bħal oħrajn. Tappella biex kulħadd joqgħod ġewwa.

Ekonomija

Sport