Wednesday, July 30, 2025

Dennis Mifsud, wieħed miż-żewġ vittmi li nqatel fl-omiċidju doppju tal-bieraħ se jingħata l-aħħar tislima nhar il-Ġimgħa

Aqra wkoll

Dennis Mifsud, wieħed miż-żewġ vittmi li nqatel fl-omiċidju doppju tal-bieraħ fiż-żona tal-Kunċizzjoni, fil-limiti tar-Rabat se jingħata fl-aħħar ta’ din il-ġimgħa. 

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, il-familjari qalu li Mifsud se jingħata l-aħħar tislima nhar il-Ġimgħa fit-3:30 p.m., fil-Knisja Parrokjali tas-Siġġiewi. 

Il-ħemda li hi magħrufa għalih iż-żona tal-Kunċizzjoni limiti tar-Rabat inkisret kompletament iilbieraħ filgħaxija hekk kif ftit qabel is-sitta u nofs ta’ filgħaxija instemgħu xi sparaturi. 

Jidher li għal xi ħin kien hemm kommossjoni fuq il-post u ftit minuti dehru telgħin sparati it-Telgħa magħrufa bħala ‘Ta Bieb ir-Ruwa’ xejn inqas minn erba’ karozzi tal-Pulizia u żewġ ambulanzi. L-ambulanzi waqfu eżatt biswit il-kappella imma minn l-ewwel informazzjoni li inġabret minn fuq il-post  instab li kien hemm żewġ persuni  irġiel bla ħajja. L-aggressur jidher li laħaq ħarab minn fuq il-post. 

L-irġiel maqtulin wieħed se jagħlaq 52 sena u l-ieħor għandu 57 sena.  Il-persuna  li se jagħlaq 52 sena joqgħod ir-Rabat, waqt li dak li għandu 57 jgħix is-Siġġiewi. 

Il-Pulizija tard ilbieraħ filgħaxija ikkonfermaw li l-aggressur hu persuna li tgħix f’Ħaż-Żebbuġ u għandu 72 sena.  Dan filfatt ġie arrestat aktar tard filgħaxija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport