Saturday, September 14, 2024

Denzel Dumfries kuntent ma’ Inter

Aqra wkoll

Hekk kif ġie intervistat minn Inter TV, il-winger internazzjonali Olandiż Denzel Dumfries faħħar lid-diriġenti tal-klabb li ġabu tliet plejers ta’ kwalita’ u dawn huma Marcus Thuram, Davide Frattesi u Juan Cuadrado.

Dumfries, li ilu ma’ Inter sentejn, qal li dawn il-plejers se jgħinu tliet dipartimenti fil-grawnd li forsi kienu neqsin u se jsaħħu lit-tim li jrid jikseb suċċessi kbar matul dan l-istaġun.

Fuq nota personali, Dumfries qal li se jibda t-tielet staġun ma’ Inter u tenna kemm qatt ma ddispjaċih li ngħaqad magħhom.

Ekonomija

Sport