Saturday, July 25, 2026
Home Sport Malcom ma’ Al Hilal

Malcom ma’ Al Hilal

0
323

Aktar plejers qed jagħżlu li jmorru fl-Arabja Sawdija sabiex ikomplu l-karriera tagħhom u l-aħħar wieħed li għamel dan kien l-eks winger ta’ Barcellona Malcom. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u kien qed jilgħab ma’ Zenit St Petersburg fir-Russja.

Hu ġie attirat minn offerta li għamlulu Al Hilal, xi ħaġa li aċċetta tant li se jkun qed jilgħab ma’ Sergej Milinkovic Savic u Kalidou Koulibaly li wkoll ingħaqdu mal-klabb ftit tal-jiem ilu.

Al Hilal se jkunu qed iħallsu s-somma ta’ €30 miljun lil Zenit sabiex jiksbu l-firma tiegħu.