Il-winger Olandiż Denzel Dumfries hu lest biex iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Inter għal iktar snin. Dan tal-aħħar għandu 28 sena u ilu man-Nerazzurri sa mis-sena 2021 fejn skorja għaxar gowls fi 98 partita.
Fi stqarrija Dumfries, li bħalissa jinsab impenjat mat-tim nazzjonali Olandiż f’EURO 2024, qal li Inter għalih hi t-tieni dar tiegħu u għalhekk hi ħaġa naturali li jkompli l-avventura tiegħu magħhom.
Anke l-kowċ Simone Inzaghi faħħar l-attitudni professjonali tal-eks plejer ta’ Sparta Rotterdam, Heerenveen u PSV Eindhoven fejn jinsab kuntent li se jibqa’ jilbes il-flokk Nerazzurro għal iktar snin.