Saturday, May 4, 2024

Depp ikkritikat u ttimbrat narċisist minn Howard Stern

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-preżentatur famuż tar-radju Howard Stern ikkritika lil Johnny Depp għax-xhieda tiegħu fil-każ ta’ diffamazzjoni tiegħu kontra Heard fejn sostna li l-unika raġuni li Depp beda din il-kawża hija għax huwa narċissist kbir. “Ir-raġuni hija li ried jidher fuq it-televiżjoni. Hekk jagħmlu n-narċisisti,” spjega Stern fuq “IndieWire” b’referenza għall-fatt li issa l-każ huwa pubbliku. Stern żied jgħid li, “jaħsbu (in-narċisisti) li jiskappaw kollox”.

Il-komiku jemmen li Depp huwa narċisist kbir u spjega, “li rrid infisser huwa li Depp sab opportunità li jkun fuq it-televiżjoni biex jidher u jemmen li kapaċi jipperswadi lin-nies għax huwa intelliġenti ħafna”.

Stern min-naħa tiegħu ma jemminx dak li qiegħed jgħid Depp dwar l-allegat abbuż u ż-żwieġ li kellu ma’ Heard u ma jħossx li dan kellu jixxandar fuq it-televiżjoni. Il-preżentatur appellalhom biex iwaqqfu l-ġlied ta’ bejniethom għax dan la huwa tajjeb għal naħa u lanqas għall-oħra. “Qiskom żewġt itfal tiġġieldu. Is-sitwazzjoni qiegħda tiggrava. Ieqfu,” temm Howard Stern.

Sport