Sunday, December 22, 2024

Deputat Nazzjonalista kontra l-multa li ngħatat lil Professur Andrew Azzopardi

Aqra wkoll

Id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami kkritika d-deċiżjoni li ħadet l-Awtorità tax-Xandir li timmulta lir-radju RTK103. 

Dan wara li waqt li kien qiegħed jippreżenta programm, il-Professur Andrew Azzopardi ddeskriva lil Norman Lowell, billi uża l-kelma ‘razzist’. 

Fenech Adami qal dan fil-Parlament. Sadanittant, l-istazzjon tar-radju RTK 103 u l-preżentatur Andrew Azzopardi qalu li se jieħdu passi legali sabiex tiġi annullata d-deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir li timmulta lill-istazzjon €6,140.

Dan qaluh fi stqarrija, fejn saħqu li, t-terminu ‘razzist’ li uża l-Professur Andrew Azzopardi kien ibbażat fuq provi li jinkludu sentenza tal-Qorti tal-Appell li sabet lil Lowell ħati li inċita mibegħda razzjali u ġie kkundannat sentenza ta’ 15-il xahar priġunerija sospiżi għal 3 snin.

Ekonomija

Sport