Tuesday, April 30, 2024

Deputat tal-PN jissuġġerixxi ħinijiet tal-ftuħ itwal fiċ-ċentri tas-saħħa

Aqra wkoll

Fis-seduta parlamentari li fiha ġew diskussi l-estimi għas-settur tal-qasam tas-saħħa tal-Budget 2023 il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista filwaqt li faħħru l-għadd ta’ investimenti mħabbra li huma ta’ aktar minn €1 biljun fis-settur, elenkaw lista li, skont huma, huma affarijiet li għandhom jiġu indirizzati.

Id-Deputat Nazzjonalista, Ian Vassallo, ukoll irringrazzja lill-Gvern li kkonferma l-proposti tagħhom u li issa qiegħed iwettaqhom fosthom dik tal-kimoterapija fid-djar. Huwa talab li mmorru għal sptar ġdid għall-kura tas-saħħa mentali u biex tkun indirizzata ż-żieda tal-popolazzjoni f’Malta li aktar ma se tiżdied, aktar se tkun ta’ piż fuq is-sistema tas-saħħa. Is-soluzzjoni għall-PN hija li l-ħaddiema fis-settur ikollhom kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar. 

Filwaqt li Vassallo talab biex iċ-ċentri tas-saħħa jkollhom ħinijiet tal-ftuħ itwal bi preżenza ta’ tabib il-ħin kollu, qal li jkun tajjeb ukoll jekk inkomplu ninvestu fl-onkoloġija. Dan meta huwa stess semma’ l-fatt li l-Gvern irdoppja l-investiment fil-kura tad-dijabete u li se jagħti sentejn bolol lill-pazjenti li kellhom problemi fis-saħħa mentali. L-aħħar punt li għamel kien dak li għandna ninvestu fis-sħiħ fis-suwiċidju minħabba li “dan qiegħed jgħolli rasu f’dan il-pajjiż”.

Sport