Thursday, November 21, 2024

Aġġornat: Deputati Nazzjonalisti jiltaqgħu fid-Dar Ċentrali dwar l-allegati chats bejn Delia u Fenech

Aqra wkoll

Aktar kmieni Delia kien saħaq li kien se jlaqqa’ lill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista matul din il-ġimgħa

Deputati Nazzjonalisti ltaqgħu fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà wara li aktar kmieni llum rapporti fil-midja allegaw skambju ta’ messaġġi fuq WhatsApp bejn il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u l-allegat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech.

It-Times of Malta żvelat li l-allegat skambju ta’ messaġġi seħħ fl-ewwel nofs tas-sena li għaddiet wara li kien sar magħruf fl-2018 li Fenech kien is-sid tal-kumpanija bbażata f’Dubaj, 17 Black.

Id-deputati Nazzjonalisti ma taw l-ebda kumment hekk kif bdew jaslu id-Dar Ċentrali għall-ħabta tas-6.00 p.m.

Intant għall-ħabta tal-10.00 p.m. wara erba’ sigħat bdew jitilqu mid-Dar Ċentrali l-ewwel deputati, fosthom Jason Azzopardi, Karol Aquilina, David Thake u There Comodini Cachia. L-ebda minnhom ma kkummentaw dwar dak li kien diskuss fil-laqgħa.

Aktar kmieni llum fi stqarrija li ħareġ, Delia saħaq li l-intenzjoni tiegħu kienet li jlaqqa’ lill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista din il-ġimgħa.

Huwa mifhum li Delia ngħaqad mad-Deputati aktar tard mal-wasla tagħhom ilkoll.

Fl-istqarrija Delia tefa’ dubji dwar l-artiklu tat-Times u staqsa kif jekk il-kumpanija għandha aċċess għall-mowbajl ta’ Fenech kif ma ppubblikatx eluf ta’ messaġġi li għandu jkun hemm bejn l-istess Fenech u persuni oħrajn implikati f’każi ta’ korruzzjoni u l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Huwa staqsa wkoll x’wassal biex dawn il-messaġġi jiġu ppubblikati biss issa.

Qal li l-‘mock up’ ta’ messaġġi ta’ WhatsApp bejnu u Fenech turi lil dan tal-aħħar jagħtih l-appoġġ tiegħu, xi ħaġa li saħaq li bħala l-mexxej ta-tieni l-akbar partit politiku f’Malta jirċievi bl-eluf fil-ġimgħa jitolbuh għal laqgħaq u jagħtuh ideat.

“Dan ma jagħmilnix ħabib tagħhom,” saħaq Delia, hekk kif saħaq li lanqas ma dawn ifissru li huwa jkun jaff lill-persuni.

Sport