Saturday, December 28, 2024

Derek Chauvin jappella mis-sentenza dwar il-qtil ta’ George Floyd

Aqra wkoll

Derek Chauvin, eks uffiċjal tal-pulizija f’Min­neapolis, ressaq l-appell tiegħu quddiem il-qorti dwar is-sentenza li kien ingħata fuq il-qtil ta’ George Floyd. Il-mewt ta’ Floyd, raġel ta’ karnaġġjon skur ta’ 46 sena, kienet wasslet għal protesti kbar ġewwa l-Istati Uniti.

F’Ġunju li għadda Chauvin kien ingħata sentenza ta’ iktar minn 22 sena ħabs wara li nstab ħati bil-qtil ta’ Floyd hekk kif dan dam iktar minn għaxar minuti bi rkopptu fuq għonq il-vittma. L-avukati ta’ Chauvin ressqu l-appell fl-aħħar jum tal-perjodu li fih kellhom ċans iressquh u huma ppreżentaw 14-il punt li jifformaw il-bażi ta’ dan l-appell.

Chauvin u tliet kollegi tiegħu kienu arrestaw lil Floyd fuq suspett li huwa kien xtara xi affarijiet b’$20 falza. Huma kienu mmanettjawh u żammewh mal-art. Il-ġurati kienu ħadu inqas minn għaxar sigħat biex f’April li għadda sabu lil Chauvin ħati bil-qtil ta’ Floyd.

Ekonomija

Sport