Monday, May 20, 2024

Devis Mangia jsejjaħ skwadra ta’ 30 player għal-logħbiet kontra s-Slovenja u Ċipru

Aqra wkoll

Ritratt: Domenic Aquilina

Il-coach nazzjonali, Devis Mangia, sejjaħ skwadra ta’ 30 player qabel id-double header li se jara lit-team nazzjonali jilgħab ġewwa daru kontra s-Slovenja fit-8 ta’ Ottubru u barra minn daru kontra Ċipru fil-11 ta’ Ottubru, bħala parti tal-impenji tat-team nazzjonali fi Grupp H tal-Kwalifikazzjonijiet Ewropej – Tazza tad-Dinja 2021.

Devis Mangia għamel numru ta’ bidliet fl-iskwadra li lagħbet kontra Ċipru, is-Slovenja u r-Russja f’Settembru 2021. Id-difensur James Brown (St Johnstone FC) u l-player tat-team nazzjonali ta’ taħt il-21 sena Adam Magri Overend (Floriana FC) ġew imsejħa għall-ewwel darba.

Kien hemm żewġ bidliet oħra mill-iskwadra li lagħbet fit-tieqa internazzjonali ta’ Settembru. Jurgen Degabriele ta’ Hibernians FC irritorna fit-team nazzjonali wara li rkupra minn injury. L-iskwadra ta’ 30 player se tkun qed tara r-ritorn ta’ Samir Arab ta’ Balzan FC.

Sadanittant, Luke Gambin li l-aħħar darba ngħaqad mat-team wara l-logħba kontra Ċipru, issa huwa inkluż fl-iskwadra ta’ 30 player, filwaqt li Enrico Pepe li ħalla t-team wara l-logħba kontra s-Slovenja hekk kif kien imweġġa’ issa huwa disponibbli.

Wara li lagħbet sitt logħbiet fi Grupp H, Malta kisbet erba’ punti, draw kontra s-Slovakkja u rebħa fuq Ċipru ġewwa darna. Malta tilfet iż-żewġ logħbiet kontra r-Russja, u anke l-logħob kontra s-Slovenja u l-Kroazja.

L-iskwadra msejħa

Goalkeepers: Henry Bonello (Hamrun Spartans FC); Jake Galea (Balzan FC); Matthew Grech (Pembroke Athleta FC)

Difensuri: Samir Arab (Balzan FC); Steve Borg (Gzira United FC); James Brown (St. Johnstone FC – Skozja), Karl Micallef (Hamrun SpartansFC); Zach Muscat (Casa Pia – Portugall); Enrico Pepe (Birkirkara FC); Kurt Shaw (Sliema Wanderers FC)

Midfielders: Cain Attard (Birkirkara FC); Ryan Camenzuli (Floriana FC); Triston Caruana (Valletta FC); Joseph Essien Mbong (Hamrun Spartans FC); Adam Magri Overend (Floriana FC); Nicolai Muscat (Gzira United FC); Brandon Diego Paiber (Floriana FC); Steven Pisani (Gzira United FC); Nevin Portelli (Gzira United FC); Teddy Teuma (R.U. Saint Gilloise- Belġju); Dunstan Vella (Hibernians FC); Dexter Xuereb (Sta Lucia FC); Yannick Yankam (Birkirkara FC)

Attakkanti:Jurgen Degabriele (Hibernians FC); Shaun Dimech (Valletta FC); Luke Gambin (Hamrun Spartans FC); Jake Grech (Hibernians FC); Paul Mbong (Birkirkara FC); Luke Montebello (Birkirkara FC); Alexander Satariano (Frosinone Calcio – Italja)

Sport