Il-kowċ tat-tim nazzjonali Franċiż Didier Deschamps kien qed jitkellem waqt intervista fuq gazzetta sportiva tal-pajjiż fejn qal li s-suċċessur tiegħu fit-tmexxija ta’ Les Bleus għandu jkun Zinedine Zidane.
Deschamps se jkun qed jirtira minn kowċ tat-tim nazzjonali ta’ Franza wara t-tazza tad-dinja 2026 u se jkun għamel 14-il sena fit-tmexxija ta’ dan it-tim.
Deschamps qal li Zidane għandu l-kariżma neċessarja sabiex ikompli fuq il-progress li beda t-tim nazzjonali f’dawn l-aħħar snin.