Kien għall-ħabta tas-6.00pm meta ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili f’ix-‘Xatt il-Mollijiet fil-Marsa wara li dgħajsa nħakmet minn nrien qawwija.
Il-Ministru Byron Camilleri f’kitba fuq il-midja soċjali qal li “infurmat illi żviluppaw nirien f’bastiment li kien għat-tiswijja f’shipyard privata fil-Marsa. Il-pumpiera mill-Protezzjoni Civili qegħdin fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien. Infurmat ukoll illi m’hemmx rapporti ta’ persuni midruba. Nitlobkom tevitaw iż-żona, filwaqt li r-residenti ta’ dawk l-inħawi jżommu t-twieqi magħluqa.”
Bħalissa l-istess ħaddiema qegħdin jikkontrollaw in-nrien filwaqt li kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.