Friday, July 19, 2024

Euro 2024: L-Ukrajna jdawru telfa f’rebħa

Aqra wkoll

Slovakkja …….1

Ukrajna ……….2

L-Ukrajna dawru telfa f’rebħa ta’ 2-1 kontra s-Slovakkja, f’partita li dawn tal-aħħar kienu l-aħjar team fl-ewwel taqsima, iżda fit-tieni taqsima l-Ukreni dehru trasformati u ta’ dan ġew ippremjati permezz ta’ żewġ goals li wasslu għal tliet punti prezzjużi u tama ġdida għall-kwalifikazzjoni mal-Aħħar 16.

Kienu s-Slovakki li ħolqu l-ewwel periklu fl-10 minuta meta Stanislav Lobotka għadda lejn Peter Pekerik li dar ma’ difensur avversarju qabel ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper, Anataoliy Trubin, li salva tajjeb b’siequ.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fis-17-il minuta, free-kick ta’ David Hancko ġie salvat tajjeb minn Trubin.

B’azzjoni wara l-oħra, is-Slovakkja finalment fetħu l-iskor fis-17-il minuta minn IVAN SCHRANZ li kkkonkluda bir-ras mill-cross ta’ Lukas Haraslin.

Fit-33 minuta, l-Ukreni kienu ferm sfortunati meta Oleksandr Tymchyk kellu t-tentattiv tiegħu jaħbat ma’ sieq il-lasta.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Ukreni ħarġu ferm aggressivi u fit-53 minuta kisbu d-draw meta Oleksandr Zinchenko serva lil MYKOLA SHAPARENKO li permezz ta’ xutt fil-baxx minn pożizzjoni ideali ma ħafirx.

Fl-74 minuta, l-Ukreni reġgħu ġew imċaħħda mil-lasta din id-darba, Mykhailo Mudryk ħabbat il-ballun mal-wieqfa.

L-Ukreni komplew jiddominaw u, fid-79 minuta, huma skorjaw dak li jkun il-goal tar-rebħa meta l-awtur tal-ewwel goal, Shaparenko, ipprovda l-assist permezz ta’ lob delizzjuż lil ROMAN YAREMCHUK li kkontrolla tajjeb biex għadda l-ballun minn taħt il-goalkeeper Martin Dubravka.

B’din ir-rebħa, l-Ukreni laħqu lill-istess Slovakkja fit-tieni post, bl-avversarji li jmiss ikunu l-Belġju.

Ekonomija

Sport